http://www.newsbook.com.mt/artikli/2012/10/28/imfakkar-il-poeta-anastasju-cuschieri.952#.UI5JasXA9Vt
Illum 24 ta’ Ottubru, fis-7.30pm id-Dipartiment tal-Malti u l-Ghaqda tal-Malti fi hdan l-Università bl-ghajnuna tal-Kummissjoni P. Anastasju Cuschieri fil-Provincja Karmelitana Maltija se jifthu Wirja dwar il-Prof. P. Anastasju Cuschieri. Il-wirja tiftah illum b’ Lejla ta’ Tifkira f’ gieh Cuschieri li fiha se jitkellmu dwar diversi aspetti tal-personalità ta’ Cuschieri, P. Charlò Camilleri, is-Sur Charles Coleiro u s-Sra Josette Attard. Il-Wirja ggib l-isem ta’ Anastasju u fiha se jkun hemm ghall-wiri oggetti marbutin ma’ l-hajja u l-hidma ta’ Cuschieri, fosthom xi manuskritti. Il-Wirja tkun miftuha kuljum minbarra l-Hadd sal-1ta’ Novembru 2012.
Post: Librerija tal-Università ta’ Malta
Hinijiet: Mit-Tnejn sal-Gimgha mid-9.00am sat-8.00pm; is-Sibt mid-9.00am sal-12.15pm
Posted in Uncategorized | Leave a Comment »
Għall-okkażjoni tal-50 sena mill-mewt ta’ P. Anastasju Cuschieri, MaltaPost p.l.c. tinforma li timbru speċjali se jintuża nhar l-Erbgħa 25 ta’ Lulju fil-Bureau Filateliku tal-MaltaPost.
Dan it-timbru speċjali jista’ jkun ordnat mill-Bureau Filateliku, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, l- Marsa, MTP 1001, jew online fuq http://www.maltaphilately.com , Telephone 2596 1740 – u e-mail: info@maltaphilately.com
Se jigi pubblikat ukoll personalised cover, numerat flimkien ma’ edizzjoni limitat ta’ bolol “mint” biex jitfakkar dan l-anniversarju. Ordnijiet isiru permezz tal-email fuq carmeliteinstitute@gmail.com jew bil-posta f’dan l-indirizz: Kummissjoni P. Anastasju Cushieri, O.Carm., Kunvent tal-Karmnu, Triq it-Torri tas-Sliema. SLM 1600.
Posted in Uncategorized | Leave a Comment »
Il-Carmelite Institute Malta għadu kemm ippubblika l-istudju ta’ P. Charlo’ Camilleri, O.Carm u s-Sur Toni Cortis dwar il-Prof. P. Anastasju Cuschieri, O.Carm. Dan l-istudju huwa l-frott ta’ riċerka dwar il-persuna tal-Professur Cuschieri, il-ħajja tiegħu, l-ideali li ħaddan u l-poeżija li kiteb. F’din ir-riċerka hemm sejbiet ġodda li jitfgħu iktar dawl dwar il-personalita` paradossali tal-Professur Cuschieri kif ukoll fuq elementi kontroversjali li ssawru madwaru. L-istudju fih ukoll xi poeżiji li nstabu dan l-aħħar u li aktarx jistgħu jiġu attribwiti lil Cuschieri. L-għan ta’ din il-pubblikazzjoni huwa li toħloq interess u diskussjoni mill-ġdid dwar Cuschieri waqt li tagħti linji għal studju iktar approfondit dwaru.
Dan l-istudju, se jiġi ppreżentat bħala taħdita fil-Lejla Mużiko-Letterarja li se ssir nhar it-22 ta’ Ġunju 2012.
Min jixtieq kopja ta’ dan l-istudju jibgħat email fuq: carmeliteinstitute@gmail.com
Posted in Uncategorized | Leave a Comment »
Nixtiequ ngharrfukom li l-Lejla Letterarja f’gieh P.Anastasju Cuschieri, O.Carm. li kienet mahsuba ghall-ta’ Gunju 2012, giet imcaqalqa ghat-22 ta Gunju 2012.
Posted in Uncategorized | Leave a Comment »
Indiema
Fil-għabex ta’ fil-għodu
għorok min-ngħas għajnejja,
u dlonk tħassibt kemm drabi
jien rgħextek, ja Mulejja.
Ħarġet mill-qalb sogħbiena
għadira dmugħ madwari;
u mill-għammieq għajjatlek:
Għamilni bħal ma dari.
Fi triq ix-xewk kont miexi
u ħsibtni ġo wardija;
ħarist u rajt l-egħdewwa
fuq siġra jidħku bija;
u dlonk il-qalb imweġġgħa
sabbtitni fl-art minn tuli:
Int ġrejt teħles saqajja
mix-xibka li xeħtuli.
Meta xejn jien ħlief Lilek,
Mulej, ma kont nixtieq,
dawl wiċċek kull fejn nimxi
quddiem juri t-triq.
Posted in Poeżiji | Leave a Comment »


